Kunsill Nazzjonali tan-Nisa - Messagg ghal Jum il-Mara
L-OMMIJIET LI JAHDMU M'GHANDHOMX IKUNU PENALIZZATI
Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa jsejjah lill-membri parlamentari ewropej kollha biex jivvutaw favor l-estensjoni tal-leave tal-maternita' u tal-leave ghall-genituri li se tkun ipprezentata fil-Parlament Ewropew fl-24 u l-25 ta' Marzu wara li fl-ahhar ta' Dicembru il-vot ma ittehidx konsegwenza ta' kontroversja bejn il-gruppi politici
Fl-ahhar ta' Frar, il- Kumitat ghad-drittjiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza hadu vot fejn giet approvata l-estenzjoni tal-leave minn 14-il gimgha ghal 20 gimgha bi hlas b'mhux inqas minn gimghatejn leave ghall-missirijiet, li jekk ma jittehidx jintilef. Ir-rapport imhejji mill-membru parlamentari Edite Estrela jimmira li jghaqqad flimkien il-leave tal-maternita' u leave ghall-genituri biex isahhah l-importanza tar-responsabiltajiet fil-familja li ghandha tinqasam bejn iz-zewg genituri. Fil-fatt hafna f'pajjizi ewropej dan diga qieghed fis-sehh
Iz-zieda fil-leave tal-maternita' ghall-ommijiet li ghadhom kif iweldu tfisser li se jkollhom akter granet biex jibqghu mat-trabi kif ukoll biex iredduhom f'ambjent aktar addatat u san. Dan jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-WHO, EWL kif ukoll ma' dawk tas-Social Platrform, li jirrakomandaw li mhux inqas minn 6 xhur hu ta' beneficju importanti sew ghas-sahha tal-omm kif ukoll tat-tarbija
Is-socjeta' m'ghandiex thares lejn il-maternita' bhala piz, izda bhala servizz li jinghata biex nassiguraw li t-trabi taghna jikbru f'sahhitom fizikament u emozzjonalment; ghalhekk m'ghandniex nippenalizzaw lill-ommijiet li jahdmu u jgibu t-tfal fid-dinja; ghandna nuru ir- rikonoxximent taghna fil-prattika permezz ta' mizuri biex l-ommijiet li jahdmu jkunu jistghu joqghodu aktar fit-tul mat-trabi fi zmien hekk kritiku. Dan ghandu jservi tq' inkoraqggiment ghqll-genituri li jixtiequ li jkollhom aktar tfal. Dan ifisser li qed nindirrizaw il-problema demografika fejn in -numru ta' tfal fil-familja nizel ghal 1.5, fejn hemm riskju li fil-futur mhux se nkunu f'pozizzjoni li jkollna pensjonijiet sostenibli ghax ikun hawn izjed nies anzjani milli jahdmu.
Hemm bzoon li l-gvern u l-partitjiet socjali jaslu ghal ftehim dwar il- hlas tal-leave tal-maternita' u tal-genituri permezz fost ohrajn tal-kontrubuzjonijiet nazzjonali, incentivi finanzjarji ghall-kumpaniji kif ukoll billi naddottaw mizuri li jezistu fi stati membri ohra (ara ir-rapport tal-European Gender Equality Law 2009)
Fil-messagg ghall-Jum Internazzjonali tan-Nisa, Il-Kunsill tan-Nisa jishaq li n-nisa mghandhomx ibatu l-impatt negattiv tar-ricessjoni li diga' qed ihalli l-effett tieghu fuq in-nisa li jahdmu part time jew li qeghdin f'xoghol prekarju. L-avvanzi li saru s'issa fil-qasam ta' l-ugwaljanza m'ghandhomx jitnaqqru la issa u l-anqas meta nohorgu mir-ricessjoni. Din hija sfida kbira meta nafu li sew nisa kif ukoll irgiel jistghu ikunu f'posizzjoni dghajfa b'riskju akbar ta' faqar
Il-Kunsill jishaq ukoll fuq il-bzonn li nindirizzaw kull tip ta' vjolenza fid-dar. Ghalkemm ta' min ifahhar ix-xoghol li qed isir fid-djqr li jilqghu lill-ommijiet u t-tfal, hemm bzonn ta' pjan ta' azzjoni nazzjonali interministerjali bil-fondi necessarji biex il-vjolenza tkun identifikata kmieni kemm jista jkun u b'hekk tigi evitata hafna tbatija u biex nifhmu ahjar x'qed iwassal ghall-vjolenza b'mod partikolari fuq il-mara
Minn barra li qeghdin infakkru il-hidma kontra il-faqar u l-eskluzzjoni, is-sena 2010 hija important ghaliex qed issir revizzjoni ta' l-istrategija ta' l-ugwaljanza bejn in -nisa u l-irgiel ghas-snin 2011 sa 2015. Dan hu zmien li jghaqqad ma l -Istrtegija ta' Lisbona maghrufa bhala EU 2020 li qed tigi diskussa wkoll u li ghandha tinkudi il-perspettiva ta' l -gwaljanza bhalq kontribut siewi ghall- future bil-miri li nsahhu l-ekonomjq u jizdied ix-xoghol
Fl-ahhar, il-Kunsill jipproponi lill-Kummissjoni Ewrepeja biex thejji studju dwar il kontribuzzjoni tal-mara fl-ekonomija tal-familja u il-kontribut taghha fil-qasam imprenditorjali waqt il krizi finanzjarja biex ikollna indikaturi ta' l-istrategiji u l-mizuri implimentati li wasslu lil dawn in- nisa ghal success fl-intraprizi taghhom
Grace Attard
President
National Council of Women