Neqirdu il-pjaga tal-Vjolenza Domestika – Kulhadd ghandu sehem x’jaghti
Il-Vjolenza domestika sew psikologika, emozzjonali jew fizika tmur kontra d-dritt fundamental tal-bniedem ghall-hajja u dritt ta’ sikurezza b’mod partikolari fil-familja, l-ambjent l-aktar essenzjali ghall-hajja decenti.
Il-vjolenza domestika hi att kriminali f’kull tip ta’ relazzjoni intima u mhux biss fil-familja. Mhix marda u l-abbuzz mill-alkohol u f’xi kazijiet, kundizzjonijiet mentali jistghu jaggravaw is-sitwazzjoni. Il-konsegwenzi huma devastanti ghall-vittmi li ghalkemm fil-maggoranza huma nisa (80%) hemm anki tfal, anzjani u rgiel li jsofru minn dan l-agir indinjituz. Disgrazzjatament insibuh f’kull qasam tas-socjeta’ fejn il-biza’, l-umiljazzjoni u x-xewqa li ma titfarrakx il-familja, il-vittmi joqghodu lura milli jfittxu l-ghajnuna xi drabi. Id-drittijiet tat-tfal li jsofru mill-vjolenza domestika ghandhom jigu msahha u mharsa
Il-KNN japprezza l-isforzi kollha li qed isiru fic-centri fejn jilqghu vittmi ta’ vjolenza izda jishaq li ghad hemm bzonn kbir ta’ aktar mizuri preventivi, partikolarment ta’ Politika Nazzjonali ta’ strategija multi-disciplinarja li jservi biex jidentifika l-ewwel sinjali ta’ vjolenza u l-persuna tkun tista’ tigi mhejjuna kemm jista’ jkun malajr biex tfittex l-ghajnuna. Din l-strategija tinvolvi l-Puluzija, il-Gudikatura, is-servizzi tas-sahha, servizzi finanzjarji, servizzi socjali u edukattivi. (qed nitkellmu dwar 500 kaz fis-sena li huma ittrattati milll-Appogg)
Ghalkemm hemm il-ligi dwar il-Vjolenza Domestika (DV) giet fis-sehh madwar sentejn ilu, hemm bzonn ta’ aktar mizuri prattici u effettivi
• Iz-zmien bejn meta jsir ir-rapport u il-kaz jitressaq quddiem il-Qorti qed ikun twil wisq u l-omm u t-tfal hafna drabi qed ikunu f’periklu mill-aggressur
• Fejn jidhol il-manteniment, nisa li ma jahdmux mhux qed jinghatalhom manteniment adekwat ghax il-partner ma jonorax l-obbligi ta’ manteniment jew jaghti bi tnaqqir; hafna drabi l-ommijiet ikollhom jittalbu ghall-ikel mix-shelters,f’kazi fejn il-kaz ikun inghalaq
• Meta jinghata treatment order mill-Qorti (biex l-irgiel jattendu ‘rehabilitation treatment’) dan hafna drabi mhux qed jaghmluh u hadd ma’ qed jiehu responsabbilta’. Kif inhuma l-procdeuri, qed ikun hemm dewmien meta l-avukati jressqu kaz b’urgenza, jigifieri kazi ta’ vjolenza fizika gravi u dan qed izid it-trawma fuq l-omm u t-tfal
• Iridu jsiru arrangamenti biex dawk il-granet meta l-kaz jittella l-Qorti, ikun hemm protezzjoni mix-shelter sal-Qorti u mhux is-social worker trid tmur hi l-ghassa tal-puluzija, ghaliex fl-intervall mara qed ikollha attentati ta’ aggresjoni.
• Ghall-kazijiet ta’ vjolenza domestika fej vittmi qed jispiccaw f’mental cases rizultat tat-trawma m’ghandhomx facilitajiet fejn jistghu jinghataw terapija adekwataminghajr ma jittiehdu l-Isptar Monte Carmeli
• Tahrig lis-social workers, terapisti tal-familja, tobba, medjaturi, psikologi u dawk li jahdmu fil-qasam tal-VD, specifikament fuq vjolenza domestika.
• Tahrig specjalizzat li jsir barra minn Malta, ghaliex m’ghandniex esperti f’dan il-Qasam u allura ghandu jinghata minghajr ma’ l-persuna thallas hi min butha ghal dan l-istudju u anki mill-leave li hi intitolata ghalih kif qed jigri issa
• Bzonn ta’ aktar rizorsi umani, partikolarment social workers li jahdmu f’dan il-qasam ghaliex qed ikun ta’ stress qawwi imhabba l-fatt li ma jistghux ilahhqu mad-domanda, jew qed ibatu il-vittmi li jkun tard wisq meta tinghatalhom l-attenzjoni
• Incentivi bhal pagi ahjar ghaliex hafna drabi is-social workers u t-terapisti qed ifittxu xoghol alternattiv wara li jkunu hadu daqshekk esperjenza
• Social workers zghazagh qeghdin jidhlu mill-ewwel malli jiggradwaw ghal dan ix-xoghol u l-effetti fuqhom u fuq il-famulji taghhom hum gravi ghaliex m’humiex ippreparati u l-anqas ghandhom support emozzjonali u psikologiku adekwat.
• Il-bzonn ta’ psikologi fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni ghal tfal li ghaddejjin minn din it-trawma. Hemm kazijiet fejn it-tfal mhumiex qed jattendu l-iskola minhabba biza’ u nuqqas ta’ sigurta’
• Shelters aktar adekwati, specjalment biex ir-residenti jkollhom access ghall-internet biex ifittxu fis-siti tal-gvern informazzjoni dwar diversi applikazzjonijiet li jehtiegu
• Access ghal persuni b’disabbilta’ fi-shelters kollha
• Tahrig ghax-xoghol mill-ETC fix-shelters ghaliex f’certi kazijiet hemm periklu gravi meta l-ommijiet johorgu mix-shelters
Fuq kollox kull persuna ghandha r-responsabbilta’ li tirraporta lill-awtoritajiet sabiex titnaqqas kull tip ta’ hsara kemm jista’ jkun kmieni
Grace Attard
President
Kunsill Nazzjonali tan-Nisa